Dinja Waħda 2019 – Financial Literacy

Ms Romina’s Year 6.1 and Ms Annalise’s Year 6.2 students participated in the Financial Literacy Challenge 2019 by submitting a project of re-using and recycling milk cartons and creating wallets which were then sold to their peers in a bazaar.  The profit made was then donated to a cat sanctuary. Here-under is the poem written by Ms Romina which describes all the steps taken:

Kollox beda waqt lezzjoni tal-Istudji Soċjali.
Bdejna niddiskutu bħas-soltu, kollox kien normali.
Il-lezzjoni kienet dwar l-importanza tar-riċiklaġġ.
Dwar din it-tema konna kunfidenti għalhekk għamilna kuraġġ.

Ħriġna bi ħsieb oriġinali waqt dan is-suġġett.
Għalhekk iddeċidejna li nidħlu f’dan il-proġett.
Għamilna riċerka billi wżajna t-tablets tagħna.
L-għalliema għoġbithom l-idea u komplew jiddiskutu magħna.

Iddeċidejna li noħolqu oġġett utli minn xi ħaġa riċiklata.
Hawnhekk l-għalliema tagħna minnufih tawna palata.
Staqsewna: “X’nistgħu nixorbu biex nevitaw it-tabib?”
Aħna kollha weġibna: “Ħeqq mhux ovvja, kartuna ħalib!”

Minn hawn ħarġet l-idea li noħolqu kartiera.
Min jaf forsi xi darba jkollna karriera!
Kulħadd beda jġib il-kartun tal-ħalib.
Imlejna l-klassi f’kemm trodd salib!

Iddeċidejna li kartieri nagħmlu ammont.
Tal-ispejjeż kollha dlonk għamilna l-kont.
Ħloqna l-idea li fl-iskola nagħmlu bazaar.
U nbiegħuhom lil sħabna l-kbar kif ukoll iż-żgħar.

Inqsamna fi gruppi ta’ ħamsa jew sitta.
Dil-lezzjoni tal-Krafts kienet waħda perfetta.
Bdejna nqasqsu l-kartun biex nagħmlu l-forom tal-kartieri.
Ħdimna id f’id, dan sar kollu bl-aqwa manjieri.

Kif lestejna l-kartieri oriġinali u sbieħ.
Aħna bdejna nżejnuhom minnufih.
Bi ċfuf, pom poms u żigarelli ikkuluriti.
Ġew perfetti biex fihom inpoġġu l-muniti.

Fil-lezzjonijiet tal-Kitba Kreattiva.
Ippreparajna reklami b’xi offerta pożittiva.
Waħħalnihom f’postijiet prominenti madwar l-iskola.
B’hekk it-talba għall-kartieri tkun tista’ togħla.

Dorna l-klassijiet biex nagħmlu promozzjoni.
It-tfal kollha semgħuna b’tant ferħ u attenzjoni.
Ħafna kienu ħerqana biex jixtru l-prodott.
Żgur li dal-proġett kien se jħalli l-frott.

Waslet il-ġurnata tant mistennija.
Ħafna studenti ġew jixtru ferriħija.
Lil kull min xtara tajnih irċevuta.
Biex b’hekk l-attivita’ żgur tkun kompluta.

Il-kartieri ma damux biex inbigħu kollha.
U minnufih bdejna ngħoddu s-somma.
Tgħid kif morna? Tlifna jew qlajna?
Issa naraw l-aqwa li għamilna kull ma stajna.

Kemm fraħna x’ħin sibna li għamilna profitt!
Dan ġara għax ħdimna id f’id bla ebda kunflitt.
Mill-bidu sal-aħħar rajna ħafna progress.
B’sodisfazzjon illum nistgħu ngħidu li għamilna suċċess.

Il-qligħ kollu mar b’risq għaqda tal-annimali.
Ma’ dawn il-kreatturi għandna nkunu dejjem solidali.
Bis-saħħa tal-proġett rabbejna aktar kunfidenza.
Filwaqt li fil-qasam tal-finanzi issa għandna ftit esperjenza.

A video of the activity can be viewed here:

https://www.facebook.com/1282763851822206/videos/2324940964236035/